It-Talb hu laqgħa tal-kreatura mal-Ħallieq tagħha.
Nerġgħu niffukaw “il-mira” tagħna – kollox għal Alla.
Infittxu li nkunu fl-istess post ma’ Alla
Niftħu qalbna għalih billi nitolbu l-grazzja li nixtiequ
Fl-aħħar, nitkellmu miegħu bħalma ħabib jitkellem ma’ ħabib.
Ninnota l-punti li fihom ħassejt iżjed faraġ spiritwali jew djieqa spiritwali, jew li spiritwalment laqtuni aktar, u nieqaf fuqhom. [Eż. Sp. 62]
Il-qalba tar-ripetizzjoni hi filli tintebah aktar bil-movimenti ta’ l-ispirti, billi tieqaf fejn ħassejt iżjed faraġ jew djieqa spiritwali biex tara fejn qed tiġbdek ir-rieda t’Alla.
Fir-ripetizzjoni tinduna wkoll b’dawk id-diffikultajiet li setgħu fixkluk milli tfittex u ssib ir-rieda tal-Mulej fit-talb ta’ qabel, bħalma huma n-nixfa, it-tentazzjonijiet u anke n-nuqqas ta’ rieda tajba.
It-tieni mod ta’ talb jikkonsisti filli tikkontempla t-tifsira ta’ kull kelma ta’ xi talba. Eż. Sp. [249]
It-tielet mod ta’ talb jikkonsisti filli ma’ kull nifs li jieħu, wieħed jitlob f’qalbu kelma mill-Missierna jew minn talba oħra li jkun qed jgħid, b’ mod li bejn nifs u ieħor jgħid kelma waħda. Eż. Sp. [258]
My Deepest Experiences of God
It-Tliet “Rounds”
L-imħabba ta’ Alla hi r-raġuni fundamentali tal-ħolqien kollu: “Għax int tħobb il-ħlejjaq kollha, u xejn ma tistmell minn kulma għamilt; li kien hemm xi ħaġa li stajt tobgħodha, int ma kontx tagħmilha” (Għerf 11:24). Hekk, kull ħlejqa hi oġġett tal-ħlewwa tal-Missier, li jagħtiha postha fid-dinja. Saħansitra l-ħajja qsajra tal-ħlejqa l-iktar insinifikanti hi oġġett ta’ mħabbtu, u f’dawk il-ftit sekondi ta’ eżistenza, Hu jdawwarha bl-imħabba tiegħu. San Bażilju l-Kbir kien jgħid li l-Ħallieq hu wkoll “it-tjieba bla qies”, u Dante Alighieri tkellem dwar “l-imħabba li ċċaqlaq ix-xemx u l-kwiekeb l-oħra”. Għalhekk, mill-ħlejjaq maħluqa naslu “għall-ħniena kollha mħabba tiegħu”. Laudato Si' 77