Formazzjoni
Dixxerniment
Komunitarju

Veni creator (Ejja Spirtu s-Santu)

Spirtu qaddis li ħlaqtna,

ejja lill-moħħ dawlilna,

imla bil-grazzja tiegħek

il-qlub li int ħlaqtilna.

 

Int l-akbar don ta’ Alla,

li tieqaf dejjem magħna:

għajn, ħajja, nar, imħabba

u qawwa tar-ruħ tagħna.

Int tqassam seba’ doni,

int l-id il-leminija

tal-Missier, minnu mwiegħed,

fik bl-għerf l-ilsna mogħnija.

 

Ixgħel id-dawl lis-sensi,

kebbes il-qlub bl-imħabba,

u saħħaħ dan ġisimna

mill-mard li fih jitrabba.

 

Veni creator (Ejja Spirtu s-Santu)

Bogħod minna żomm ’il-għadu,

lilna fis-sliem henjin,

mexxina int, biex nibqgħu

mid-deni meħlusin.

 

Agħmel li nsiru nafu

bik lill-Missier u ’l-Ibnu;

li fik, Spirtu li tqaddes,

bla nieqfu dejjem nemmnu.

Glorja ’l-Missier, lill-Iben

li qam minn bejn l-imwiet,

l-Ispirtu, faraġ tagħna,

għal dejjem fis-smewwiet. Ammen.

Il-Programm

  • Dixxerniment Komunitarju
  • Metodu ESDAC
  • Mezzi
    • Talb personali
    • Konverżazzjoni Spiritwali fi gruppi żgħar
    • Qsim f'assemblea

Dixxerniment Komunitarju

  • L-Ispirtu ta’ Alla jaħdem f'kulħadd
  • Mhux kull ma jingħad ġej mill-Ispirtu
  • Il-Ħidma Prinċipali: is-Smigħ attiv
    • Tal-Kelma ta’ Alla
    • Tal-iSpirtu fija
    • Ta’ dak li jgħidu l-oħrajn
  • It-Tieni Ħidma: nitkellem mill-qalb.
    • Naqsam il-movimenti spiritwali tiegħi

Metodu ESDAC

  • Serje ta’ “għodda” jew għajnuniet
    • biex wieħed jisma’ u jitkellem
  • Il-manwal jikkonsisti:
    • Eżerċizzi partikulari
    • Materjal tematiku u didattiku
    • Eżempji

Din il-Formazzjoni

  • Se niffamiljarizzaw ruħna ma’ partijiet mill-manwal
  • Naħdmu bħala grupp
  • Nesploraw possibilitajiet għal iktar formazzjoni, eċċ.

Laqgħa Preparatorja

  • L-esperjenza ta’ Injazju
    • L-awtobijografija
  • L-esperjenza tiegħi ta’ Alla
    • L-“awtobiografija” tiegħi

Il-Konverżazzjoni Spiritwali

  1. Agħżlu ’l xi ħadd biex iżomm il-ħin (timekeeper).
  2. Isma’ b’attenzjoni. Ipprova induna x’inhu jingħad lil hinn mill-kliem.
  3. Ilqa’ dak li qiegħed jingħad bi gratitudni. Tikkundannax. Kull persuna hi l-esperta tal-esperjenza tagħha.
  4. Meta titkellem agħfas fuq “Raise hand”. Sakemm int għandek is-simbolu, l-oħrajn jisktu.
  5. Aqsam mal-oħrajn dak li tista’ u dak li trid taqsam.
  6. Tista‘ ma taqbilx ma’ dak li jingħad, imma stenna sat-tieni “round”.
  7. Aqsam fil-qasir u l-iktar ċar possibli.
  8. Il-grupp iż-żgħir mhux il-post li ssolvi problemi personali.
  9. Ħinijiet ta’ silenzju huma xierqa u bżonjużi.
  10. Irrispetta l-kunfidenzjalità.
  11. Nuża “Jien” meta nitkellem; mhux “aħna” jew “inti”.

Il-Konverżazzjoni Spiritwali

Qabel ma’ tibda l-laqgħa:

  1. Għid lin-nies fi x’ħin se nispiċċaw.
  2. Fakkar in-nies li se jkun hemm minn tal-inqas żewġ “rounds” ta’ qsim.
  3. Għid lin-nies kemm għandhom ħin kull wieħed għall-ewwel “round”.
  4. Għidilhom li se tindika lil persuna meta l-ħin ikun se jispiċċa.

Xogħol it-“Timekeeper”

Il-Konverżazzjoni Spiritwali

  • L-ewwel “round”. Wieħed wieħed, kull persuna tagħmel “Raise hand” u taqsam il-frott tat-talb tagħha. L-oħrajn jisimgħu b’attenzjoni.
  • Imbagħad, isir mument ta’ riflessjoni fis-silenzju biex nistaqsi lili nnifsi mistaqsijiet bħal, “X’sentimenti pożittivi u negattivi għandi?”; “X’inhuma l-bżonnijiet sodisfatti u mhux sodisfatti tiegħi?” ; “L-oħrajn, x'inhuma s-sentimenti tagħhom? U l-bżonnijiet sodisfatti u mhux sodisfatti tagħhom?”; “Fejn ħassejtni f’armonija mal-oħrajn? F’oppożizzjoni?”; “Hemm xi ħaġa li saret iktar ċara għalija u għall-grupp?”; “Liema huma l-konsegwenzi ta’ dak li ntqal għall-grupp?”

It-tliet “rounds” ta’ qsim

Il-Konverżazzjoni Spiritwali

  • It-tieni “round”. Min jixtieq jista’ jagħmel “Raise hand” u jaqsam il-frott ta’ dal-mument ta’ silenzju. Wara, jista’ jkun hemm ħin ta’ konverżazzjoni spontanea.
  • It-tielet “round”. Konverżazzjoni u radd il-ħajr flimkien mal-Mulej.

It-tliet “rounds” ta’ qsim (2)

L-Istorja tagħna

L-Avvenniment deċisivi tal-grupp tagħna

  • Ninġabar filwaqt li nġib quddiem għajnejja l-post: Malta; is-sekli 20 u 21, CIS, eċċ.
  • Nitlob dak li nixtieq: Nitlob lill-Ispirtu s-Santu li nagħraf l-avvenimenti importanti fl-istorja tagħna mingħajr ċensura.
  • Niftakar u nġib quddiem għajnejja l-avvenimenti li, skont jien, huma sinjifikanti fl-istorja tagħna.
  • (a)  Naċċetta li dak li niftakar hu mħallat ma’ interpretazzjonijiet, ħsibijiet, sentimenti u xewqat:
  • Mumenti ta’ ferħ u oħrajn diffiċli; mumenti ta’ għaqda jew firda; ta’ frott abbundanti jew fallimenti...
  • (b)  Nagħmel sforz biex niddeskrivi l-fatti biss, mingħajr il-ġudizzji, interpretazzjonijiet, sentimenti u xewqat.

L-Istorja tagħna

Dak li nħoss dwar l-Istorja tagħna

  • Ninġabar filwaqt li nġib quddiem għajnejja l-post: Inġib quddiem għajejja lil Ġesù magħna fil-vjaġġ li għadna kif ftakarna.
  • Nitlob dak li nixtieq: Nitlob il-grazzja li nsir konxju/a tas-sentimenti li dawn l-avvenimenti jqanqlu fija.
  • Ngħażel dawk il-ġrajjiet li, jidhru f'għajnejja iktar deċiżivi u nerġa' nżurhom.
  • nsir konxju/a tas-sensazzjonijiet, emozzjonijiet, eċċ li dawn il-ġrajjiet iqajjmu fija. F’qalbi nitkellem mal-Mulej dwarhom.
  • Naqsam mal-oħrajn l-essenzjali.

Il-Kundizzjonijiet għad-Dixxerniment

  • [169] L-Għan u l-mezzi
    • L-għan: valur assolut
    • Il-mezz: jingħażel in funzjoni tal-għan
  • [170] Materja: tajba jew indifferenti
  • [171-2] Xi għażliet ma jistgħux jitbiddlu (imma...)
    • Jekk saret b'mod diżordinat → għix kif tista' bl-għajnuna ta' Alla
  • [173-4] Xi għażliet jistgħu jitbiddlu
    • Jekk saru kif imiss →mexxi
    • Jekk le → erġa' ddixxerni

Il-Kundizzjonijiet għad-Dixxerniment

  • [175-178] Tliet żminijiet
    • 1. Alla jagħmel "kollox"
    • 2. Taqlib spiritwali;
      • alternanza faraġ-dieqa;
      • Użu tar-regoli tad-dixxerniment
    • 3. Trankwillità
      • Użu tal-fakultajiet naturali.

Il-Deliberazzjoni tal-1539

Mudell għad-dixxerniment komunitarju.

Formazzjoni ESDAC

By Christopher Vella

Formazzjoni ESDAC

  • 57