Id-Dinamika tal-Ħajja u t-Taqbida Interjuri
Naf li t-tajjeb ma jgħammarx fija, jiġifieri f’ġismi. Ir-rieda tajba qiegħda hemm fija, imma li nagħmel it-tajjeb m’hux hemm. 19 M’iniex nagħmel it-tajjeb li rrid, imma qiegħed nagħmel il-ħażin li ma rridx. 20 Jekk jien nagħmel sewwasew dak li ma rridx, mhux jien mela qiegħed nagħmlu iżda d-dnub li hemm jgħammar fija. 21 Nħoss din il-liġi ġewwa fija: meta rrid nagħmel it-tajjeb, ifeġġ quddiemi l-ħażin. 22 Skond il-bniedem ta’ ġewwa togħġobni l-liġi ta’ Alla; 23 iżda nilmaħ fil-membri ta’ ġismi liġi oħra titqabad kontra l-liġi ta’ moħħi u tjassarni taħt il-liġi tad-dnub li hemm ġo ġismi. 24 Msejken bniedem li jien! Min se jeħlisni minn dan il-ġisem tal-mewt? 25 Niżżi ħajr lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu Sidna!
Rum 7:18-25a
Taqbida 1: Bejn it-tajjeb u l-ħażin
23 Kollox hu sewwa, iżda mhux kollox jaqbel; kollox jiswa, iżda mhux kollox jedifika. 24 Ħadd ma għandu jqis qjiesu biss, iżda qjies ħaddieħor. 25 Kollox tistgħu tixtru u tieklu mis-suq tal-laħam, bla ma tqisu xejn fil-kuxjenza tagħkom: 26 “l-art b’kull ma hemm fiha hi tal-Mulej.”
27 Jekk xi ħadd li ma jemminx jistedinkom, jekk tridu, morru; kulu kull ma jkun lestielkom bla ma tqisu xejn fil-kuxjenza tagħkom. 28 Jekk xi ħadd jgħidilkom: ‘Dan kien offert lill-idoli,’ allura tiklux minn dak l-ikel, minħabba dak li wissiek u minħabba l-kuxjenza; 29 irrid ngħid, mhux il-kuxjenza tiegħek, imma ta’ dak l-ieħor. Għaliex il-libertà tiegħi għandha tkun imxekkla mill-kuxjenza ta’ ħaddieħor? 30 Jekk jien niekol b’radd il-ħajr, għaliex għandi nkun mgħajjar b’dak li jien inrodd ħajr? 31 Sew jekk tieklu, sew jekk tixorbu, tagħmlu x’tagħmlu, agħmlu kollox għall-glorja ta’ Alla.
1 Kor 10:23-31
Taqbida 2: Bejn it-tajjeb u l-aħjar
- Il-bniedem hu maħluq biex ifaħħar, iqim u jaqdi 'l Alla Sidna, u b'hekk isalva ruħu.
- Il-ħwejjeġ l-oħra kollha fuq wiċċ l-art huma maħluqin għall-bniedem, biex jgħinuh jilħaq l-iskop li għalih ġie maħluq.
- Għalhekk il-bniedem għandu tant jinqeda bihom daqskemm jgħinuh għal dan l-iskop, u tant jeħles minnhom daqskemm ifixkluh milli jilħqu.
- Għaldaqshekk jinħtieġ nagħmlu lilna nfusna indifferenti għall-ħwejjeġ kollha maħluqa, sakemm hu mħolli f'idejna li nagħżlu u m'għandniex projbizzjoni. Dan ifisser li min-naħa tagħna ma nfittxux iktar is-saħħa milli l-mard, l-għana milli l-faqar, il-ġieh milli t-tmaqdir, ħajja twila iktar milli qasira; u l-istess għall-ħwejjeġ l-oħra kollha.
- F'kollox għandna nixtiequ u nagħżlu biss dak li iktar imexxina lejn l-iskop li għalih aħna maħluqin.
Prinċipju Ewlieni u Pedament
Il-Prinċipju Ewlieni u Pedament
-
Il-bniedem maħluq għal Alla. Ġej mill-Imħabba ta’ Alla u msejjaħ għall-imħabba. Hekk biss isib il-milja tiegħu.
-
L-imħabba x’inhi u x’mhix?
-
Mhix sentiment li tħoss imma hi deċiżjoni u azzjoni.
-
-
Ġesti ta’ “imħabba” jistgħu ikunu egoisti ħafna. Mhux x'tagħmel imma għalfejn tagħmlu.
-
Alla hu Imħabba u aħna, maħluqin fuq xbiha tiegħu, u addottati permezz tal-misteru tal-Għid, imsejħin biex inkunu mħabba.
-
Il-Prinċipju Ewlieni u Pedament
-
L-għażliet tagħna, żgħar u kbar jridu jkunu rifless ta’ din is-sejħa fundamentali:
-
Sew jekk tkun għażla tal-istat tal-ħajja, jew karriera. Insir qassis jew niżżewweġ? Nagħżel karriera li tqallgħani ħafna flus jew waħda li nħoss li fiha nikkontribwixxi lis-soċjetà?
-
Kif ukoll deċiżjonijiet dwar kif tgħix u ġġib ruħek fil-vokazzjoni tiegħek. Lil liema ministeri se nagħti priorità? Nixtri dar ikbar jew nibqa' f'dik li għandi?
-
Il-Prinċipju Ewlieni u Pedament
-
L-Imħabba tintwera bil-mod kif ngħixu r-relazzjonijiet tagħna:
-
ma’ Alla,
-
mal-proxxmu,
-
magħna nfusna,
-
mal-bqija tal-ħolqien.
-
-
Fi kliem ieħor mill-mezzi li nagħżlu u li nħallu.
-
Aħna limitati u għalhekk hemm għażliet x’nagħmlu.
-
Ir-relazzjonijiet tagħna jridu jkunu mmarkati mir-rispett profond lejn l-ieħor bħala ieħor minflok in funzjoni tax-xewqat, biżgħat u bżonnijiet tiegħi.
Il-Prinċipju Ewlieni u Pedament
-
Biex nagħżlu sew, jirrikjedi li f’kull deċiżjoni nkunu qegħdin infittxu l-imħabba u servizz ta’ Alla u mhux xi ħaġa oħra.
-
Għandna bżonn libertà interjuri lejn il-possibilitajiet kollha ta’ kif inservu u nħobbu anke dwar ħwejjeġ tajbin bħas-saħħa, r-reputazzjoni, l-ħajja, l-ġid materjali onest.
-
Irid ikollna biżżejjed libertà li nkunu lesti li nissagrifikaw ħwejjeġ tajba jekk dan iwassal għal turija ta’ imħabba ikbar.
-
-
Meta niġu biex nagħżlu, nixtiequ biss dak li iktar iressaqna lejn l-iskop li għalih aħna maħluqin: li nħobbu ’l Alla u lill-oħrajn u b’hekk insibu l-milja tagħna.
X’inhi l-libertà?
-
Libertà minn…
- Skjavitù; Bias; Diżordni; …
-
Libertà għal…
- Għażliet evanġeliċi; Servizz; Imħabba; Għotja tiegħi nnifsi; Ħajja sħiħa; …
Ostakli għal-Libertà Spiritwali
- Immaġni foloz ta’ Alla
- Biżgħat
- Affetti Diżordinati
- Nuqqas ta’ verità
- Nuqqas ta’ skop tal-ħajja
Immaġni foloz ta’ Alla
… Għax kif li tippassiġġa, timxi fit-tul jew tiġri huma eżerċizzi tal-ġisem, hekk jissejħu eżerċizzi spiritwali jew tar-ruħ il-mezzi kollha li jħejju u jiddisponu ’l dak li jkun biex iwarrab kull ġibda mhix flokha… [Eż. Sp. 1]
Il-bniedem hu ordnat meta jħalli lilu nnifsu jkun immexxi mir-rieda t’Alla. Meta dan ikun in-nutriment tiegħu (Jn 4:34), meta jgħix ħajja ta’ iben, bħal Ġesù, l-Iben.
«ordenar su vida»
Affetti Diżordinati…
Minkejja li Sant’ Injazju jitkellem dwar id-dnub b’mod serju, hu qatt ma emmen fil-“ħażen” tal-umanità, bħal ma kien jingħad minn ħafna oħrajn fil-Knisja ta’ żmienu. Kien jaf li l-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet ħżiena tagħna ġejjin minn xi forma ta’ skjavitù: biżgħat mhux ġustifikati, ansjetajiet eżaġerati, bżonnijiet, nuqqas ta’ sigurtà, ideat foloz u dak li jġibu magħhom… Dan jagħmel lil bniedem jirreaġixxi b’mod aggressif jew egoist.
Rabtiet mhux f’lokhom…
Ta min jinnota li fit-test tal-Prinċipju Ewlieni u Pedament, l-indifferenza ma tiġix mill-qerda tax-xewqa, imma mill-qawwa tagħha: “F’kollox għandna nixtiequ u nagħżlu biss…”.
- Il-bniedem għandu skop (l-għan tax-xewqa);
- u għax għandu skop jista’ jkun ħieles:
- Għax il-libertà hi biss l-adegwatezza għall-għan u l-identità tiegħu stess.
X’inhu li jeħlisna?
- Li jkollok għan
- Sens ta’ realtà
- Limitazzjonijiet
- Kwalitajiet
- Xewqat
- Konnessjoni mad-dinja
- L-Imħabba
“Il-bniedem jista’ jkun ħieles. Jista’ jkun ħieles għax għandu Dawl bħala gwida. U dan id-Dawl biss jista’ jgħaqqad il-pluralità kostituttiva tal-bniedem, u jipprevjeni li waħda mid-dimensjonijiet tiegħu toħnoq ’l-oħrajn (eż. id-dimensjoni materjali lil dik spiritwali, jew bil-maqlub; id-dimensjoni individwali lil dik komunitarja, jew jew bil-maqlub; dak li hu immedjat lil dak li hu iktar fil-bogħod; jew l-effiċjenza lill-gratwità jew bil-maqlub...)”
Nistgħu nkunu ħielsa?
Magis… More… Más…
-
Xi ħadd jista’ jgħid li hu kompletament ħielese?
-
Mela kif se nsiru iktar ħielsa?
- “F’kollox għandna nixtiequ u nagħżlu biss dak li iktar imexxina lejn l-iskop li għalih aħna maħluqin.”
- L-unika xewqa u għażla tagħna għandha tkun din: Irrid u nagħżel biss dak li iktar jgħinni biex insaħħaħ fija l-Ħajja ta’ Alla fija.
X’jgħid Injazju?

Mistoqsijiet
- Id-dixxerniment spiritwali, x’inhu għalikom? X’tassoċjaw ma’ dan it-terminu?
- X’mistoqsijiet tixtiequ li nindirizzaw matul dawn il-jumejn?
Ngħoddha li hemm tliet xorta ta’ ħsibijiet fija: jiġifieri, hemm dawk li huma tassew tiegħi, li ġejjin biss mil-libertà u mir-rieda tiegħi; u hemm dawk li ġejjin minn barra, uħud mill-ispirtu t-tajjeb u oħrajn mill-ispirtu l-ħażin.
Eżerċizzi Spiritwali 33
Il-Movimenti Spiritwali
Influenzi spiritwali esterjuri
- Movimenti
- Tendenzi bħal kieku ġejjin minn barra, qabel ma wieħed iħaddem il-libertà tiegħu, li jiġbdu l-bniedem sħiħ, però prinċipalment id-dimensjoni affettiva-emozionali, lejn direzzjoni determinata.
- “Spirti”
- Moviment u Spirtu jfissru l-istess ħaġa, imma dan tal-aħħar ifisser kemm il-moviment u l-oriġini minn fejn ġej (personali jew le).
Ir-Regoli tad-dixxerniment - L-ewwel serje
Żewġ esperjenzi spiritwali prinċipali:
-
Il-faraġ spiritwali
- Esperjenzi li jħeġġu l-qalb għal Alla, li jagħmlu ordni fir-relazzjonijiet tagħna;
- Esperjenzi ta' konverżjoni - tixtrid ta' dmugħ li jwassal biex wieħed idur lejn Alla.
- Meta tħoss l-imħabba li Alla wera għalik permezz tal-Passjoni tiegħu.
- Kull tkabbir fil-fidi, tama u imħabba.
- Attrazzjoni għal dak li hu ta’ vera valur u importanza.
- Il-faraġ iġib miegħu paċi fil-fond tal-qalb.
Ir-Regoli tad-dixxerniment - L-ewwel serje
Żewġ esperjenzi spiritwali prinċipali:
-
Id-djieqa spiritwali
- Esperjenzi li jħawwdu l-bniedem
- Meta tħoss li Alla ’l bogħod.
- Bla fidi, bla tama, ħsiebek fik innifsek minflok tħobb
- Attrazzjoni għal dak li hu mundan.
- Liema ħsibijiet huma assoċjati ma’ dawn l-esperjenzi spiritwali?
- Attenzjoni: Dawn il-movimenti huma l-lingwaġġ ta’ Alla.
X’mhuhiex faraġ u dieqa?
???
Eżempji ta’ faraġ u dieqa
???
Ir-Regoli tad-dixxerniment - L-ewwel serje
Żewġ sitwazzjonijiet tal-ħajja fundamentali:
- Dawk li qegħdin jgħixu ħajja tad-dinja
- Ma dawn l-ispirtu l-ħażin jinkuraġġihom ikomplu mexjin fit-triq li qabdu bi pjaċiri taparsi.
- L-ispirtu t-tajjeb iwissi permezz tad-dawl tar-raġuni u r-rimors tal-kuxxjenza.
- Dawk li għażlu 'l Alla
- Hawn l-ispirtu l-ħażin ipoġġi ostakli permezz ta' raġunamenti foloz.
- L-ispirtu t-tajjeb jinkuraġġixxi, jagħmel kollox jidher faċli.
Ir-Regoli tad-dixxerniment - L-ewwel serje
Dawk li qegħdin jgħixu ħajja tad-dinja
- Eżempji ta’ x’jagħmel l-għadu
- “M’inhix raġel ħażin. Veru li qed nisraq lill-kumpanija, imma m’inhix imħallas tajjeb tax-xogħol li nagħmel.”
- “Nieħu ħsieb tal-familja, ma jimpurax jekk naqlibha lill-mara għax ma tafx.”
- “Meta nħares lejn John, jien qaddis miexi fl-art.”
- Eżempji ta’ dak li jagħmel l-ispirtu t-tajjeb
- “Int kuntent li qiegħed iġġib ruħek hekk?”
- “Il-kuxxjenza tiegħek ma tniggżikx meta tasal id-dar wara li tkun qlibtha lill-mara?”
- Eżempju: Ix-xorb
Ir-Regoli tad-dixxerniment - L-ewwel serje
-
X’tagħmel fid-djieqa?
- Qatt ma tieħu deċiżjonijiet importanti.
- Tiġġieled kontriha b’iktar talb, eżami u penitenza utli.
- Iżżomm ruħek fis-sabar.
-
U fil-faraġ?
- Tumilja ruħek biex ma taqax fil-vanaglorja.
- Tħejji ruħek għad-djieqa.
Ir-Regoli tad-dixxerniment - L-ewwel serje
-
Tliet suġġerimenti
- Qalb tal-bronz magħna nfusna - ieqaf lit-tentazzjoni b’mod deċiż.
- Tiġġelidx waħdek, imma fittex għajnuna mingħand xi ħadd li jista’ jgħinek tinfhem l-inganni tal-għadu.
- L-għadu jattakkak fejn int l-iktar dgħajjef. B’hekk tagħraf aħjar id-dgħufija tiegħek (umiltà) u ssir taf aħjar fejn trid tiddefendi aħjar u ssaħħaħ.
Eżempji ta’ Faraġ u Djieqa Spiritwali
Hope
In days gone past, there were
war and slavery, debauchery and injustice.
Jesus came, the Prince of Peace
to overcome sin and to subdue Evil.
I look around me and there is
war and slavery, debauchery and injustice.
And my spirit sinks
And my faith is shaken.
Where is your victory Lord?
For how long should we wait?
Is there hope of change?
Will your Kingdom come?
Eżempji ta’ Faraġ u Djieqa Spiritwali
I’m just an atom in the immensity of space
Here for a jiffy in the vastness of time
My eyes can’t see your paths
My mind can’t grasp your ways.
I look at Life on Earth
It started in turbulent times
Survived asteroid impacts
and five mass extinctions.
Will it not survive the sixth?
Surely it will, with or without us.
Will your kingdom come?
Surely it will, in spite of us.
Let me not fall to discouragement
Fill my heart with hope
A hope that moves to action
Trust that saves from fatalism.
And while I’m aware
of being part of the problem,
May this atom be part of the solution
In the jiffy of time of its existence.
Eżempji ta’ Faraġ u Djieqa Spiritwali
Instrument or obstacle?
I'm satisfied with my work
I enjoyed myself
And they expressed gratitude
Am I an instrument in your Hand?
Was I thinking of them when I prepared?
Did I pray for them during this time?
Did I seek You at all in these days?
Am I an obstacle in Your way?
I may be a worthless instrument
I’m surely an obstacle
But before all this
I'm a beneficiary of your mercy.
Ix-xewqat
Ġesù jfejjaq lil Bartimew l-agħma (Mk 10:46-52)
46 U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. 47 Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!” 48 Kien hemm ħafna li bdew jgħajjtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” 49 Ġesù waqaf u qal: “Sejjħulu.” Huma sejjħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! Qum, qiegħed isejjaħlek.” 50 Dak tajjar il-mantar minn fuqu, qabeż fuq riġlejh u mar ħdejn Ġesù. 51 U Ġesù kellmu u qallu: “Xi tridni nagħmillek?” “Li nerġa’ nara, Rabbuni,” wieġbu l-agħma. 52 “Mur,” qallu Ġesù, “il-fidi tiegħek fejjqitek.” U minnufih raġa’ beda jara, u baqa’ miexi warajh fit-triq.
Ix-xewqat
- Għandhom fama ħażina.
- Ix-xewqat ikkunsidrati egoisti
- Distinzjoni bejn xewqat u oħrajn
- Hemm xewqat egoisti
- Imma hemm oħrajn li huma qaddisa
- Anke dawn tal-bidu jistgħu jkunu espressjoni ta’ xewqat oħra iktar pożittivi. Eżempji:
- Ix-xewqat sesswali → prokreazzjoni u relazzjoni
- Ix-xewqat materjali → ix-xewqa naturali għall-għixien (ikel, ilbies, saqaf fuq rasek)
- X’kienu x-xewqat tiegħek li wassluk biex tagħżel il-vokazzjoni tiegħek?
Ix-xewqat: kanal prinċipali biex tiskopri r-rieda ta’ Alla
It-tieni (jew it-tielet) preludju għat-talb.
Nitlob lil Alla Sidna dak li rrid u nixtieq. It-talba għandha tkun taqbel mas-suġġett: jekk il-kontemplazzjoni hi fuq il-qawmien mill-mewt, nitlob il-ferħ ma’ Kristu ferħan; jekk fuq il-Passjoni, nitlob niket, dmugħ u tbatija ma’ Kristu li qed ibati ħafna.
It-talb biex naqilgħu xi ħaġa jew, l-hekk imsejjaħ “talb ta’ petizzjoni”, hu ta’ importanza ewlenija fl-Eżerċizzi… Dawn it-talbiet… imexxuna lejn il-konverżjoni evanġelika u għalhekk jesprimu x-xewqat ta’ l-Ispirtu fil-qalb ta’ kull min jemmen. B’dan it-talb infissru ’l Alla x-xewqat ta’ qalbna, skond il-ħtiġijiet li l-istess Spirtu t’Alla jġegħilna nħossu… B’din it-talba nkunu qed nitobu ’l Alla jagħtina l-grazzja li nkunu “rridu u nixtiequ” , li hi l-frott ta’ l-eżerċizzju.
Ix-xewqat: U jekk ma jkunx hemm ix-xewqa?
Jista’ jiġri li ma nkunux wasalna biex nesprimu x-xewqat li Injazju qed jissuġġerilna biex nitolbuhom bħala grazzja, għax inkunu għadna wisq marbutin ma’ xi ħaġa jew wisq magħluqin fina nfusna; għalhekk, f’dan il-każ nitolbu għallinqas li nkunu nixtiequ “dak li rridu u nixtiequ”, jiġifieri, ix-xewqa tax-xewqa.
Ix-xewqat: U jekk ma nafx x’inhuma x-xewqat profondi tiegħi?
- Outside-In
- X'tixtieq?
Ix-xewqat superficjali jistgħu juru dak li vera tixtieq.
- X'tixtieq?
- Inside-out
- Lil min tammira bħala personaġġi jew xi stejjer jispirawk?
Ix-xewqat: Fina lkoll hemm xewqa għal Alla
- Sens ta’ nuqqas jew vojt
- Xewqat komuni u konnessjonijiet
- Xewqat mhux komuni
- Eżaltazzjoni
- Ċareżża
- Xewqat qaddisa
- Esperjenzi ta’ vulnerabbiltà
Ix-xewqat
Ieqaf aħseb ftit:
-
Fid-dawl ta’ dak li għidna, liema xewqat għandek bħalissa?
- X’hemm warajhom? Ipprova inżel iktar fil-fond tagħhom.
-
Mil-persuni li tiltaqa’ magħhom bħalissa, liema taħseb li huma x-xewqat tagħhom?
- X’taħseb li hemm warajhom?
Regoli għat-Tieni Ġimgħa
Regoli bl-istess skop. Jgħinu biex nagħżlu iktar bir-reqqa bejn il-movimenti fir-ruħ. Jgħoddu iżjed għat-tieni Ġimgħa
Regoli għat-Tieni Ġimgħa
(1) Meta jkun Alla u l-anġli tiegħu li qegħdin jaħdmu, issib li jnisslu fir-ruħ ferħ u hena spiritwali ġenwin, u jwarrbu kull swied ta’ qalb u taħwid li jiġu mill-għadu.
Imma jekk ikun l-għadu, tista’ tistenna li jitqabad kontra dix-xorta ta’ ferħ u faraġ spiritwali billi jġib raġunijiet li għall-ewwel jidhru tajba u jaqla’ dejjem irqaqat ġodda u raġunamenti foloz.
Regoli għat-Tieni Ġimgħa
(2) Alla Sidna biss kapaċi jagħti faraġ lir-ruħ bla kawża ta’ xejn qabel. Għaliex mill-Ħallieq waħdu tista’ tistenna li jidħol u joħroġ fir-ruħ u jaħdem fiha u hekk jiġbidha kollha kemm hi fi mħabba għall-Maestà divina tiegħu. Għedt: “bla kawża ta’ xejn”, jiġifieri mingħajr ma qabel ir-ruħ tkun ħasset jew saret taf b’xi ħaġa hekk li dal-faraġ ikun ġie fir-ruħ mill-attività tad-dehen u tar-rieda.
Regoli għat-Tieni Ġimgħa
(3) Jekk hemm xi kawża, allura kemm l-anġlu t-tajjeb kif ukoll il-ħażin jaf ifarraġ ir-ruħ, iżda għal finijiet kuntrarji. L-anġlu t-tajjeb ikollu f’moħħu jgħin ir-ruħ timxi ‘l quddiem, biex tikber u tibqa’ tielgħa mit-tajjeb għall-aħjar. L-anġlu l-ħażin bil-maqlub, ħalli fl-aħħar jiġbidha għall-fehmiet misħuta tiegħu ta’ ħażen.
Regoli għat-Tieni Ġimgħa
(4) L-anġlu l-ħażin iħobb jinbidel f’anġlu tad-dawl: hekk jibda billi jkompli mar-ruħ devota, imma mbagħad jispiċċa biex iġorrha miegħu. Fi kliem ieħor, hu l-ewwel iġib ħsibijiet tajbin u qaddisa li jkunu jaqblu mar-ruħ tajba, imma mbagħad bil-mod il-mod jagħmel ħiltu biex jilħaq il-fini tiegħu billi jiġbed ir-ruħ fil-qerq moħbi tiegħu u l-fehmiet tiegħu mill-agħar.
Regoli għat-Tieni Ġimgħa
(5) Għandna noqogħdu attenti ħafna għax-xejra li jieħdu l-ħsibijiet tagħna. Jekk il-bidu, in-nofs u t-tmiem huma kollha tajbin, u ma jwasslux ħlief għat-tajjeb minn kull naħa, dan hu sinjal li ġejjin mill-anġlu t-tajjeb.
Iżda jekk il-ħsibijiet li jiġuna jiżviluppaw hekk li jispiċċaw f’xi ħaġa ħażina, jew ta’ distrazzjoni jew inqas tajba minn dak li r-ruħ kellha f’moħħha tagħmel qabel; jew inkella jispiċċaw biex idgħajfu r-ruħ, jinkwetawha, jew iħawduha u jtellfuha l-paċi, il-kalma u l-kwiet li kellha: dan hu sinjal ċar li dawk il-ħsibijiet ġejjin mill-ispirtu l-ħażin, li hu l-għadu tal-progress tagħna u tas-salvazzjoni eterna ta’ ruħna.
Regoli għat-Tieni Ġimgħa
(6) Meta jinduna bl-għadu tan-natura umana u jagħrfu minn denbu ta’ serp, jiġifieri mit-tmiem ħażin li għalih iwassal, min ikun ittentat isibha ta’ siwi li malli jinduna jerġa’ jmur lura bil-ħsieb fuq kif il-ħsibijiet tajba li kellu fil-bidu żviluppaw: jara kif bdew, u kif bil-mod il-mod l-għadu rnexxielu jġagħlu jinżel mill-ħlewwa u l-ferħ spiritwali li kien fih, sakemm wasslu għall-fehma tiegħu ħażina. Hekk, la darba din l-esperjenza tiegħu jkun fehemha u ħa nota tagħha, ikun jista’ darb’oħra joqgħod attent għall-qerq li l-għadu jħobb juża.
Regoli għat-Tieni Ġimgħa
(7) F’min sejjer mit-tajjeb għall-aħjar, l-anġlu t-tajjeb imiss ir-ruħ bil-ħlewwa, ħafif ħafif u bla ma jisfurzaha: bħalma qatra ilma tidħol fi sponża. Min-naħa l-oħra, id-daqqa tal-ħażin hi daqqa ħarxa, li tagħmel ħoss u tqajjem storbju: bħal meta qatra ilma taqa’ fuq ġebla.
Iżda f’dawk li sejrin mill-ħażin għall-agħar il-mod li bih l-ispirti li semmejna jaħdmu fuq ir-ruħ hu bil-maqlub ta’ li għedna. Ir-raġuni ta’ dan ġejja mid-dispożizzjoni tar-ruħ, tkunx taqbel ma’ dawn l-anġli jew le. Jekk ma taqbilx, (l-ispirti) jidħlu bi ħsejjes u storbju b’mod li malajr tinduna bil-miġja tagħhom. Iżda jekk taqbel, meta d-dispożizzjoni tar-ruħ tkun taqbel magħhom, l-ispirtu jidħol fis-skiet, daqs kieku dieħel f’daru bil-bieb miftuħ.
Regoli għat-Tieni Ġimgħa
(8) Meta l-faraġ ma jkollu ebda kawża, ma jkun hemm ebda qerq fih, la darba, bħalma għedna, ikun ġej minn Alla Sidna waħdu. Iżda bniedem tar-ruħ li Alla jkun tah faraġ bħal dan għandu jżomm għassa tajba u b’attenzjoni kbira jikkonsidra u jagħżel bejn il-ħin sew tal-faraġ u l-ħin ta’ wara, ħin meta r-ruħ tkun għadha mħeġġa u tibqa’ tħoss l-imħabba kbira u l-effetti tal-faraġ li jkun għadda.
F’dan it-tieni mument, difatti, sikwit jiġri li dak li jkun joħroġ bi proponimenti u pjanijiet li m’humiex mogħtija direttament minn Alla Sidna. Jistgħu jkunu ġejjin minna nfusna, b’raġunamenti mibnija fuq relazzjonijiet u konklużjonijiet li niġbdu mill-ideat u l-ġudizzji tagħna, jew mill-influwenza kemm ta’ l-ispirtu t-tajjeb kif ukoll tal-ħażin. Għalhekk jeħtieġ li ngħarbluhom bir-reqqa kollha qabel ma nagħmluhom tagħna u nwettquhom.
Lejn Għażla Tajba
It-Tieni “Ġimgħa” tal-Eżerċizzi
- Skop tal-Eżerċizzi
- jissejħu eżerċizzi spiritwali jew tar-ruħ il-mezzi kollha li jħejju u jiddisponu ’l dak li jkun biex iwarrab kull ġibda mhix flokha, u wara dan ifittex u jsib ir-rieda t’Alla dwar x’jagħmel b’ħajtu għall-ġid ta’ ruħu.
- Is-Sejħa tas-Sultan: Il-bieb tat-Tieni Ġimgħa
- “Hawn nitlob minn Sidna l-grazzja li ma nkunx trux għas-sejħa tiegħu, iżda pront u kollni ħerqa biex inwettaq ir-rieda tiegħu l-iktar qaddisa.”
- Kontemplazzjoni tal-Ħajja ta’ Kristu
- “Nitlob għal dak li rrid. Hawnhekk, nitlob li nsir naf intimament lill-Mulej li sar bniedem għalija, biex aktar inħobbu u nimxi warajh.”
Lejn Għażla Tajba
- Faċli li wieħed jaqa’ fl-inganni. Ir-risposta ta’ Injazju:
- Tliet Eżerċizzi partilukari biex inaqqsu l-periklu.
- Iż-Żewġ Stendardi (kontroll intellettwali)
- It-Tliet Gruppi ta’ Nies (kontroll tar-rieda)
- Tliet Xorta ta’ Umiltà (dimensjoni affettiva)
- Tliet Eżerċizzi partilukari biex inaqqsu l-periklu.
Lejn Għażla Tajba
Iż-Żewġ Stendardi
- L-intenzjoni ta’ dan l-eżerċizzju hu wieħed sottili u profond: biex jgħin lill-Eżerċitant jiddixxerni b’mod iktar appropriat għat-Tieni Ġimgħa
- Dak li jrid Ignazju hu li ma nħawwdux is-Saltna ta’ Alla mal-poter, prestiġju u l-ġid ta’ din id-dinja.
It-tentazzjonijiet ta’ Kristu
Mbagħad l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu. 2 U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ. 3 U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż.” 4 Iżda Ġesù wieġbu: “Hemm miktub, ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.’ “
5 Mbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, 6 u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel; għax hemm miktub li, ‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom jieħdu ħsiebek,’ u li ’Fuq idejhom jerfgħuk, Ħalli ma taħbatx riġlejk ma’ xi ġebla.’ ”
7 Qallu Ġesù: “Hemm miktub ukoll, ‘Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek.’ ”
8 Għal darb’oħra x-xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom, 9 u qallu: “Dawn kollha nagħtihom lilek jekk tinxteħet tadurani.” 10 Mbagħad qallu Ġesù: “Itlaq, Xitan! Għax hemm miktub, ‘Lill-Mulej Alla tiegħek, għandek tadura, u lilu biss taqdi.’ ”
11 Mbagħad ix-Xitan ħallieh. U minnufih ġew xi anġli u kienu jaqduh.
Lejn Għażla Tajba
Iż-Żewġ Stendardi
- It-tentazzjonijiet m’humiex sempliċement prova fejn Ġesù jirbaħ fuq l-għadu, m’humiex tentazzjonijiet morali,
- imma għażliet teoloġiċi, mument ta’ dixxerniment, fit-talb, fis-solitudni, quddiem il-Missier taħt l-influenza tal-Ispirtu.
- Il-poter ekonomiku (il-bdil tal-ġebel f’ħobż)
- Il-poter reliġjuż (li tintefa’ mill-quċċata tat-Tempju)
- Il-poter politiku (li tiddomina s-saltniet kollha tal-art)
- Dak li Ġesù jesperjenza hu l-konflitt bejn Alla u Mammona.
- bejn żewġ immaġni ta’ Alla
- bejn il-wiċċ awtwntiku tal-Missier u l-idoli.
Lejn Għażla Tajba
Iż-Żewġ Stendardi
- Il-loġika tal-awtosuffiċenza, sigurta u razzjonalità mingħajr misteru, trijumfalista
- Kontra
il-loġika tas-solidarjetà ma’ dawk li jinsabu fil-periferiji tas-soċjetà politika u reliġjuża, filwaqt li tgħix ta’ iben b’fiduċja fil-Missier.
Lejn Għażla Tajba
Iż-Żewġ Stendardi
- Ġesù jagħżel lil Nazaret biex jitrabba u li jidher wara li jqum mill-imwiet fil-Galilija.
- Dawn m’humiex biss postijiet fiżiċi, imma għandhom sinjifikat teoloġiku:
- Għażla preferenzjali għall-fqar
- Għażla ta’ ħajja umli u fqira
- Post miċħud mill-kbarat tad-dinja. “X’jista’ joħroġ tajjeb min Nazaret?” (Ġw 1:46)
- Il-kenożi li jsemmi San Pawl (Fil 2:8)
Lejn Għażla Tajba
Iż-Żewġ Stendardi
Siltiet Bibbliċi
Mt 20:20-23; Mk 10: 35-40 Ġakbu u Ġwanni
Lq 22:24-27 Min hu l-ikbar? Dak li jservi.
Lq 9:46-48 Bħat-tfal
Ġw 13:1-20 Il-ħasil tar-riġlejn
Mt 16: 21-23; Mk 8: 32-33 Warajja Satana!
Ġw 6: 14-15 Jridu jagħmluh sultan wara li kattar il-ħobż
Lq 6:24-26 Il-Beatitudnijiet
Mk 10:25 Ġemel minn għajn ta’ labra
Lejn Għażla Tajba
It-Tliet Gruppi ta’ Nies
- Parabbola bl-istess ħsieb wara dawk ta’ Ġesù:
- Li tinterpella ’l min jisma’ u tistieden għal risposta.
- Dak li qiegħed jistenna Injazju mhux li wieħed iwiegħed il-faqar b’mod ġenerali imma li jara jekk hux lest li jieħu miżuri konkreti biex jilħaqgħa.
- L-Eżerċizzju jesprimi realtà: Jeżistu deċiżjonijiet li ma jwasslu għal xejn konkret.
- L-ewwel grupp “kieku jixtiequ jeħilsu mir-rabta li għandhom mal-flus (querría quitar el afecto)” - verb kondizzjonali.
- Veru jixtieq?
- It-tieni grupp Jixtieq (verb indikattif), imma…
- Jridu li Alla jbierek id-deċiżjoni tagħhom ħażina.
- It-tielet grupp biss qiegħed ifittex ir-rieda ta’ Alla.
Lejn Għażla Tajba
It-Tliet Gruppi ta’ Nies
- Iż-Żagħżugħ Għani (Lq 18:18-27) - M’għandux indifferenza.
- Żakkew (Lq 19:1-10) - Irid ħajja aħjar u lest iħalli ġidu.
Lejn Għażla Tajba
It-Tliet Xorta ta’ Umiltà
- Il-Kuntest: Preparazzjoni immedjata għall-Elezzjoni
- Għan: “Qabel ma wieħed jaqbad ix-xogħol tal-għażla, jaqbel ħafna, ħalli jinġibed b’imħabba lejn it-tagħlim veru ta’ Kristu Sidna, li jikkunsidra b’attenzjoni dawn it-tliet xorta ta’ umiltà li ġejjin…”
- Parti mid-dinamika ta'-Eżerċizzi. Din id-darba tħares lejn il-futur.
- L-ewwel xorta ta’ Umiltà: l-Ubbidjenza.
- It-tieni xorta ta’ Umiltà: l-Indifferenza.
- It-tielet xorta ta’ Umiltà: il-Magis (iktar).
- LI tħobb, timxi wara, timita, isservi.
Il-Kundizzjonijiet għad-Dixxerniment
- [169] L-Għan u l-mezzi
- L-għan: valur assolut
- Il-mezz: jingħażel in funzjoni tal-għan
- [170] Materja: tajba jew indifferenti
- [171-2] Xi għażliet ma jistgħux jitbiddlu (imma...)
- Jekk saret b'mod diżordinat → għix kif tista' bl-għajnuna ta' Alla
- [173-4] Xi għażliet jistgħu jitbiddlu
- Jekk saru kif imiss →mexxi
- Jekk le → erġa' ddixxerni
Il-Kundizzjonijiet għad-Dixxerniment
- [175-178] Tliet żminijiet
- 1. Alla jagħmel "kollox"
- 2. Taqlib spiritwali;
- alternanza faraġ-dieqa;
- Użu tar-regoli tad-dixxerniment
- 3. Trankwillità
- Użu tal-fakultajiet naturali.
Suġġerimenti ta’ Injazju
EŻERĊIZZI SPIRITWALI - TAGĦRIF
Biex ifisser l-eżerċizzi spiritwali li ġejjin u jgħin lil min ikun ser jagħtihom jew jagħmilhom.
1. L-ewwel. L-Eżerċizzi x’inhuma
Bil-kelmiet eżerċizzi spiritwali, nifhmu kull mod li teżamina l-kuxjenza, timmedita, tikkontempla, titlob bil-fomm jew bil-moħħ, jew twettaq ħidmiet oħra spiritwali, kif insemmu iktar ’il quddiem.
Għax kif li tippassiġġa, timxi fit-tul jew tiġri huma eżerċizzi tal-ġisem, hekk jissejħu eżerċizzi spiritwali jew tar-ruħ il-mezzi kollha li jħejju u jiddisponu ’l dak li jkun biex iwarrab kull ġibda mhix flokha, u wara dan ifittex u jsib ir-rieda t’Alla dwar x’jagħmel b’ħajtu għall-ġid ta’ ruħu.
Suġġerimenti ta’ Injazju
2. It-tieni. M’hemmx ħafna spjegazzjoni
Min juri lil ħaddieħor kif u fuqiex jimmedita jew jikkontempla, għandu jirrakkonta fedelment l-istorja li fuqha għandha ssir il-kontemplazzjoni jew meditazzjoni billi jagħtih biss punti b’xi tifsir fuq fuq u fil-qosor. Għaliex min jikkontempla jieħu iktar gost u jikseb frott spiritwali ikbar, milli kieku min jagħti l-eżerċizzi qagħad ifisser u jiżviluppa l-istorja fit-tul, jekk hu stess ikompli jirrifletti u jirraġuna waħdu fuq il-fatti storiċi u jsib xi ħaġa li tiċċaralu l-istorja xi ftit aktar jew li biha l-istorja tolqtu aktar – kemm jekk dan jiġri bir-raġunamenti tiegħu kemm jekk bil-grazzja t’Alla li ddawwallu moħħu. Għaliex mhux il-ħafna tagħrif li jimla u jaħji r-ruħ, imma li l-affarijiet tħosshom u tiggustahom f’qalbek.
Suġġerimenti ta’ Injazju
3. It-tielet. Kif iġġib ruħek fit-talb
Fl-eżerċizzi spiritwali kollha li ġejjin ninqdew bil-ħidma tad-dehen biex naħsbu u b’dik tar-rieda biex inħobbu. Ta’ min jinnota għalhekk, li fit-taħriġ tar-rieda, meta b’fommna jew f’moħħna nitħaddtu ma’ Alla Sidna jew mal-qaddisin tiegħu, jeħtiġilna nuru iżjed qima milli meta nħaddmu d-dehen biex nifhmu.
Suġġerimenti ta’ Injazju
5. Il-ħames. Dispożizzjoni ta’ min jagħmel l-Eżerċizzi Lil min jagħmel l-Eżerċizzi jaqbillu ħafna li jidħol għalihom b’qalb kbira u bil-ġenerożità lejn Alla Ħallieq u Sid tiegħu, billi joffrilu r-rieda u l-libertà tiegħu kollha, sabiex il-Maestà Divina tagħmel hi mill-persuna tiegħu u minn kulma għandu skond ir-rieda tiegħu l-iktar qaddisa.
Suġġerimenti ta’ Injazju
6. Is-sitta. Meta l-eżerċitant donnu jibqa’ biered
Jekk min jagħti l-Eżerċizzi jinduna li l-eżerċitant mhu għaddej minn ebda esperjenza spiritwali f’ruħu, bħal faraġ spiritwali jew djieqa spiritwali, u lanqas mhu mqanqal minn spirti differenti, għandu jagħmillu ħafna mistoqsijiet fuq l-eżerċizzi, hux qed jagħmilhom f’ħinhom u kif qed jagħmilhom. Għandu jistaqsih ukoll jekk hux qed iħares sewwa d-Direttivi Prattiċi. Fuq kull punt minn dawn għandu jitolbu kont bir-reqqa.
Suġġerimenti ta’ Injazju
7. Is-seba’. Meta l-eżerċitant ikun imġarrab
Min jagħti l-Eżerċizzi, jekk jara li l-eżerċitant jinsab f’deżolazzjoni u hu ttentat, ma jkunx miegħu iebes jew żorr, imma jieħdu bil-ħlewwa u jkun twajjeb miegħu. Għandu jagħmillu l-qalb u jqawwih għalli ġej billi jurih il-qerq tal-għadu tal-bniedem u jgħinu jħejji u jiddisponi ruħu għall-faraġ spiritwali li għad jiġi.
Suġġerimenti ta’ Injazju
8. It-tmienja. Użu tar-Regoli biex tagħraf spirtu minn ieħor
Min jagħti l-Eżerċizzi, skond il-ħtieġa li jara, minħabba deżolazzjoni u inganni tal-għadu jew anki minħabba konsolazzjonijiet li l-eżerċitant ikun għaddej minnhom, jista’ jfissirlu r-Regoli biex wieħed jagħraf spirtu minn ieħor, li hemm għall-ewwel u t-tieni Ġimgħa.
Suġġerimenti ta’ Injazju
9. Id-disa’. Meta l-eżerċitant li jkun fl-eżerċizzi ta’ l-ewwel Ġimgħa mhux imħarreġ fil-ħwejjeġ tar-ruħ, u jkun ittentat b’mod goff u bla ħabi, kif jidher minn ostakli li jkunu jżommuh milli jimxi ‘l quddiem fil-qadi t’Alla Sidna, ngħidu aħna, it-taħbit, il-mistħija u l-biża’ li jitlef l-istima tad-dinja, eċċ., dak li jkun jagħtih l-Eżerċizzi m’għandux isemmilu r-Regoli biex tagħraf spirtu minn ieħor li hemm għat-tieni Ġimgħa. Għaliex daqskemm jiswewlu r-Regoli ta’ l-ewwel Ġimgħa, daqshekk ieħor jagħmlulu deni dawk tat-tieni, billi jittrattaw fuq ħwejjeġ li huma wisq ta’ reqqa u għoljin, u ma jkunx jista’ jifhimhom.
Suġġerimenti ta’ Injazju
10. L-għaxra. Meta min jagħti l-Eżerċizzi jintebaħ li l-Eżerċitant hu mħabbat u ttentat bi ħwejjeġ li jidhrulu donnhom tajbin, ikun wasal il-ħin li jkellmu fuq ir-Regoli tat-tieni Ġimgħa, li diġà semmejna. Għaliex ġeneralment l-għadu tan-natura tal-bniedem jittanta iżjed bi ħwejjeġ li jidhru donnhom tajbin lil min ikun jitħarreġ fil-ħajja illuminattiva, li taqbel ma’ l-eżerċizzi tat-tieni Ġimgħa. Lil min ikun fil-ħajja purgattiva, li taqbel ma’ l-eżerċizzi ta’ l-ewwel Ġimgħa, jittantah inqas b’dal-mod.
Suġġerimenti ta’ Injazju
11. Il-ħdax. Tħarisx ’il quddiem
Min ikun jagħmel l-eżerċizzi ta’ l-ewwel Ġimgħa, jaqbillu ma jkun jaf xejn minn dak li se jkollu x’jagħmel fit-tieni Ġimgħa. Imma fl-ewwel Ġimgħa għandu jħabrek biex jikseb dak li qed ifittex, bħallikieku ma kien jittama li se jsib xejn ta’ siwi fit-tieni Ġimgħa.
Suġġerimenti ta’ Injazju
12. It-tnax. Is-siegħa sħiħa
Min jagħti l-Eżerċizzi għandu jinsisti ħafna ma’ l-eżerċitant, li għandu jdum siegħa f’kull eżerċizzju jew kontemplazzjoni mill-ħamsa li jsiru kuljum u li għandu dejjem jagħmel b’mod li meta jaħseb fiha jkollu moħħu mistrieħ li s-siegħa ta’ l-eżerċizzju għamilha sħiħa, anzi li aktarx dam iżjed milli inqas. Għax l-għadu jħobb jagħmel minn kollox biex is-siegħa kontemplazzjoni, meditazzjoni jew talb titqassar
Suġġerimenti ta’ Injazju
13. It-tlettax. Tawwal biex tirbaħ
Ta’ min jinnota wkoll li fi żmien il-faraġ spiritwali hi ħaġa ħafifa u ma tridx wisq biex fil-kontemplazzjoni ddum siegħa sħiħa, imma fi żmien id-djieqa spiritwali hu diffiċli ħafna tkompliha sa l-aħħar. Għalhekk biex imur kontra d-djieqa u jirbaħ it-tentazzjonijiet, l-eżerċitant għandu dejjem itawwal is-siegħa xi ftit aktar: hekk mhux biss jidra jirreżisti lill-għadu imma wkoll imiddu ma’ l-art.
Suġġerimenti ta’ Injazju
14. L-erbatax. Attent mill-wegħdi
Jekk jara li l-eżerċitant jinsab fil-faraġ u jħossu mħeġġeġ ħafna, min jagħti l-Eżerċizzi għandu jiftaħlu għajnejh li ma jagħmel ebda wegħda u ebda vot bla ma jaħsibha u bil-għaġla. U aktar ma jaf li hu ta’ natural li jbiddel, aktar għandu jiftaħlu għajnejh u jwissih. Għax veru li wieħed jagħmel sewwa jħajjar lil ħaddieħor jieħu l-istat reliġjuż, jiġifieri fejn wieħed jagħmel il-voti ta’ l-ubbidjenza, faqar u kastità. Veru wkoll li hu aktar ta’ mertu tagħmel opra tajba b’vot milli mingħajru. Imma wieħed irid jagħti kas sew ta’ x’persuna hu l-eżerċitant u ta’ liema kundizzjoni, u x’għajnuna jew tfixkil jista’ jsib fit-twettiq ta’ dak li jixtieq iwiegħed.
Suġġerimenti ta’ Injazju
15. Il-ħmistax. Ħalli jiddeċiedi l-eżerċitant
Min jagħti l-Eżerċizzi, m’għandux iħajjar lill-eżerċitant għal ħajja ta’ faqar jew għal xi wegħda iktar milli għall-kuntrarju tagħhom. Lanqas m’għandu jħajru jagħżel stat jew mod ta’ ħajja flok ieħor. Għaliex, barra mill-Eżerċizzi nistgħu nħajru lil kull min aktarx għandu l-kwalitajiet meħtieġa biex jagħżel il-kontinenza, il-verġnità, il-ħajja reliġjuża u kull xorta ta’ perfezzjoni evanġelika, u jkollna mertu ta’ dan. Imma fi żmien l-Eżerċizzi Spiritwali, meta l-eżerċitant qed ifittex ir-rieda t’Alla, iżjed jixraq u hu wisq aħjar li l-istess Ħallieq u Mulej jikkomunika lilu nnifsu lir-ruħ devota tiegħu u jħaddanha1 bl-imħabba u foħrija tiegħu, u jħejjiha għal dik it-triq li fiha tkun tista’ ‘l quddiem taqdih aħjar. Għalhekk min jagħti l-Eżerċizzi m’għandux imil jew ixaqleb lejn naħa jew oħra, imma jżomm ruħu wieqaf bħal miżien fin-nofs u jħalli ‘l-Ħallieq jittratta direttament mal-ħliqa tiegħu, u l-ħliqa mal-Ħallieq u Sid tagħha
Suġġerimenti ta’ Injazju
16. Is-sittax. Fil-każ ta’ ġibda barra minn lokha
Għal dan, jiġifieri, biex il-Ħallieq u Mulej jaħdem aktar żgur fil-ħliqa tiegħu, jekk fil-każ ir-ruħ ikollha rabta jew ġibda diżordnata lejn xi ħaġa, jaqbel ħafna li tqum fuq tagħha u tagħmel ħilitha kollha biex tasal f’attitudni kuntrarja għal dik il-ħaġa li għaliha għandha ġibda ħażina. Hekk, per eżempju, wieħed hu miġbud li jfittex u jżomm għalih xi kariga jew xi benefizzju,1 mhux għall-ġieh u l-glorja t’Alla Sidna, u lanqas għall-ġid spiritwali ta’ l-erwieħ, imma għall-vantaġġi u interessi temporali tiegħu personali. F’dan il-każ hu għandu jitħabat biex jixtieq il-kuntrarju: b’insistenza fit-talb u taħriġ ieħor spiritwali għandu jitlob l’Alla Sidna dak li hu kuntrarju, jiġifieri, li ma jkunx irid il-kariga jew benefizzju jew ebda ħaġa oħra, ħlief jekk il-Maestà divina tqiegħed ix-xewqat tiegħu f’posthom u tbiddillu l-ewwel ġibda li kellu. B’hekk, ir-raġuni li wieħed jixtieq jew iżomm xi ħaġa jew oħra, tkun biss il-qadi, il-ġieh u l-glorja tal-Maestà divina.
Suġġerimenti ta’ Injazju
17. Is-sbatax. Ikun infurmat
Bla ma jfittex li jistaqsih u jsir jaf il-ħsibijiet personali u d-dnubiet tiegħu,1 jgħin ħafna li min jagħti l-Eżerċizzi jkun mgħarraf mingħajr ħabi ta’ xejn bit-tqanqil u ħsibijiet diversi li spirti differenti jġibu lill-eżerċitant. Għaliex, skond il-profitt kbir jew żgħir li jara fih, ikun jista’ jagħtih xi eżerċizzi spiritwali li iktar jgħoddu għalih u jkunu jaqblu mal-ħtieġa ta’ ruħu fit-taqlib li fih tinsab.
Id-Dinamika tal-Ħajja u t-Taqbida Interjuri u d-Dixxerniment
By Christopher Vella
Id-Dinamika tal-Ħajja u t-Taqbida Interjuri u d-Dixxerniment
- 41