CLC Guides Course
Metodi ta’ Talb

X’inhu t-Talb?
- X’inhi l-esperjenza tiegħek tat-talb?
- Talb ≠ Riflessjoni personali
- It-Talb hu laqgħa
X’inhu t-Talb?
X’inhu t-Talb?
It-Talb bħala Laqgħa
skont Sant’Injazju
-
It-Talba Preparatorja
-
Il-Preludji
-
Ninġabar filwaqt li nara l-post
-
Nitlob dak li nixtieq
-
-
Il-Kollokju
It-Talba Preparatorja
“Target practice”
Nersaq dejjem lejn dan il-ħin privileġġjat ma’ Alla b’attitudni ta’ rispett profond. Inġib quddiemi dak li hemm fija bħalissa: ħsibijiet, kliem, proġetti, ideat, eċċ. Nitlob ’l Alla biex jagħmel li dan kollu jkun għat-tifħir u s-servizz tiegħu.
Ninġabar billi nġib quddiem għajnejja l-post
-
Post fiżiku
-
Insir konxju ta’ fejn qiegħed
-
-
Post metaforiku
-
Il-kamra tiegħi ta’ ġewwa
-
Post li jaqbel ma’ fejn jinsab l-ispirtu tiegħi
-
-
Fil-każ tal-Kontemplazzjoni…
-
Ix-xena tas-silta tal-Iskrittura
-
Nitlob lil Alla Sidna dak li rrid u nixtieq
Hu importanti li nitkellem ma’ Alla dwar il-bżonn tiegħi tal-grazzja tiegħu, skont iż-żmien li qiegħed fih, dak li se nitlob fuqu, u d-dispożizzjoni tiegħi fil-bidu tal-ħin tat-talb.
Jista’ jkun mod kif nipprepara ruħi biex inkun miftuħ għal Alla u nħallih jidħol f’dik iż-żona ta' ħajti.
Il-Kollokju
Il-kollokju verament isir billi titkellem, bħal meta wieħed jitħaddet ma’ ħabibu, jew qaddej ma’ sidu, issa jitolbu xi favur, issa jistqarr xi ħaġa ħażina li għamel, u issa jkellmu fuq affarijiet personali u jitolbu parir fuqhom. Eż. Sp. [54]
Fil-Qasir…
-
It-Talb hu laqgħa tal-kreatura mal-Ħallieq tagħha.
-
Nerġgħu niffukaw “il-mira” tagħna – kollox għal Alla.
-
Infittxu li nkunu fl-istess post ma’ Alla
-
Niftħu qalbna għalih billi nitolbu l-grazzja li nixtiequ
-
Fl-aħħar, nitkellmu miegħu bħalma ħabib jitkellem ma’ ħabib.
Attitudni fundamentali
skont Sant’Injazju
-
“mhux il-ħafna tagħrif li jimla u jaħji r-ruħ, imma li l-affarijiet tħosshom u tiggustahom f’qalbek.”
-
“…ninqdew bil-ħidma tad-dehen biex naħsbu u b’dik tar-rieda biex inħobbu.”
-
“Lil min jagħmel l-Eżerċizzi jaqbillu ħafna li jidħol għalihom b’qalb kbira u bil-ġenerożità lejn Alla Ħallieq u Sid tiegħu.”
Ir-Ripetizioni
-
Ninnota l-punti li fihom ħassejt iżjed faraġ spiritwali jew djieqa spiritwali, jew li spiritwalment laqtuni aktar, u nieqaf fuqhom. [Eż. Sp. 62]
-
Il-qalba tar-ripetizzjoni hi filli tintebah aktar bil-movimenti ta’ l-ispirti, billi tieqaf fejn ħassejt iżjed faraġ jew djieqa spiritwali biex tara fejn qed tiġbdek ir-rieda t’Alla.
-
Fir-ripetizzjoni tinduna wkoll b’dawk id-diffikultajiet li setgħu fixkluk milli tfittex u ssib ir-rieda tal-Mulej fit-talb ta’ qabel, bħalma huma n-nixfa, it-tentazzjonijiet u anke n-nuqqas ta’ rieda tajba.
Forom ta’ Talb
fl-Eżerċizzi Spiritwali
-
Il-Meditazzjoni
-
Il-Kontemplazzjoni
-
L-“Examen”
-
Forom oħra
Il-Meditazzjoni
- Il-Kontenut: It-Test (Bibbliku)
- Għodda:
- Memorja → niftakar u nassoċja
- Intelliġenza → nifhem
- Affettività / Rieda → inħoss, nirrelata, niddeċiedi
Il-Kontemplazzjoni
- Il-Kontenut: L-Istorja
- Għodda ġdida: L-Immaġinazzjoni
- Nara l-persuni
- Nisma’ dak li jgħidu
- Nosserva dak li jagħmlu
L-“Examen”
- Il-Kontenut: Il-Ħajja tiegħek
- Għoddod: Dawk li hemm bżonn
- Metodu
- Irringrazzja ta’ dak li rċivejt
- Itlob id-dawl biex tara bħal Alla
- Osserva dak li ġara iktar fil-fond
- (Itlob maħfra)
- Ħares il-quddiem bit-tama u mal-Mulej
It-Tieni mod
It-tieni mod ta’ talb jikkonsisti filli tikkontempla t-tifsira ta’ kull kelma ta’ xi talba. Eż. Sp. [249]
- Il-Kontenut: Xi talba
- Għoddod: “Lateral thinking”
- Metodu
- Ieqaf aħseb fuq kull kelma tat-talba
It-Tielet mod
It-tielet mod ta’ talb jikkonsisti filli ma’ kull nifs li jieħu, wieħed jitlob f’qalbu kelma mill-Missierna jew minn talba oħra li jkun qed jgħid, b’ mod li bejn nifs u ieħor jgħid kelma waħda. Eż. Sp. [258]
- Il-Kontenut: Xi talba
- Għodda ġdida: Ir-ritmu tan-nifs
- Metodu
- Ieqaf aħseb fuq kelma tat-talba, waħda ma’ kull nifs
Il-Konverżazzjoni Spiritwali
Nisma’ lill-Ispirtu fil-grupp
- Smigħ attiv – ta’ vera
- Attenzjoni għal dak li qiegħed jiġri fija
- X’inhuma r-reazzjonijiet tiegħi?
- Xi ħsibijiet ġewni?
- Nisma’ anke jekk ma naqbilx
- X’nista’ nitgħallem mingħandu/ha?
- Attitudni ta’ rispett
Metodu
- Xi ħadd iżomm il-ħin
- Fuq hiex se nitkellmu?
- Nisma’ ’l-Ispirtu fit-talb
- Naqsam dak li smajt fit-talb tiegħi
- L-ewwel rawnd: X’inhu jgħidli l-Ispirtu?
- Silenzju
- It-tieni rawnd: X’inhu jgħid l-Ispirtu lilna?
- Silenzju
- It-tielet rawnd: Sinteżi

My Deepest Experiences of God
Il-Konverżazzjoni Spiritwali (metodu)
- Agħżlu ’l xi ħadd biex iżomm il-ħin (timekeeper).
- Isma’ b’attenzjoni. Ipprova induna x’inhu jingħad lil hinn mill-kliem.
- Ilqa’ dak li qiegħed jingħad bi gratitudni. Tikkundannax. Kull persuna hi l-esperta tal-esperjenza tagħha.
- Sakemm xi ħadd qiegħed jitkellem, l-oħrajn jisimgħu.
- Aqsam mal-oħrajn dak li tista’ u dak li trid taqsam.
- Tista‘ ma taqbilx ma’ dak li jingħad, imma stenna sat-tieni “round”.
- Aqsam fil-qasir u l-iktar ċar possibli.
- Il-grupp iż-żgħir mhux il-post li ssolvi problemi personali.
- Ħinijiet ta’ silenzju huma xierqa u bżonjużi.
- Irrispetta l-kunfidenzjalità.
Il-Konverżazzjoni Spiritwali (metodu)
It-Tliet “Rounds”
- L-ewwel “round”. Wieħed wieħed, kull persuna taqsam il-frott tat-talb tagħha. L-oħrajn jisimgħu b’attenzjoni.
- Imbagħad, isir mument ta’ riflessjoni fis-silenzju biex nistaqsi lili nnifsi mistaqsijiet bħal, “X’sentimenti pożittivi u negattivi għandi?”; “X’inhuma l-bżonnijiet sodisfatti u mhux sodisfatti tiegħi?” ; “L-oħrajn, x'inhuma s-sentimenti tagħhom? U l-bżonnijiet sodisfatti u mhux sodisfatti tagħhom?”; “Fejn ħassejtni f’armonija mal-oħrajn? F’oppożizzjoni?”; “Hemm xi ħaġa li saret iktar ċara għalija u għall-grupp?”; “Liema huma l-konsegwenzi ta’ dak li ntqal għall-grupp?”
- It-tieni “round”. Min jixtieq jista’ jaqsam il-frott ta’ dal-mument ta’ silenzju. Wara, jista’ jkun hemm ħin ta’ konverżazzjoni spontanea.
- It-tielet “round”. Konverżazzjoni u radd il-ħajr flimkien mal-Mulej.
L-imħabba ta’ Alla hi r-raġuni fundamentali tal-ħolqien kollu: “Għax int tħobb il-ħlejjaq kollha, u xejn ma tistmell minn kulma għamilt; li kien hemm xi ħaġa li stajt tobgħodha, int ma kontx tagħmilha” (Għerf 11:24). Hekk, kull ħlejqa hi oġġett tal-ħlewwa tal-Missier, li jagħtiha postha fid-dinja. Saħansitra l-ħajja qsajra tal-ħlejqa l-iktar insinifikanti hi oġġett ta’ mħabbtu, u f’dawk il-ftit sekondi ta’ eżistenza, Hu jdawwarha bl-imħabba tiegħu. San Bażilju l-Kbir kien jgħid li l-Ħallieq hu wkoll “it-tjieba bla qies”, u Dante Alighieri tkellem dwar “l-imħabba li ċċaqlaq ix-xemx u l-kwiekeb l-oħra”. Għalhekk, mill-ħlejjaq maħluqa naslu “għall-ħniena kollha mħabba tiegħu”. Laudato Si' 77
Nitolbu mal-Ħolqien
CLC Guides Course Metodi ta' Talb
By Christopher Vella
CLC Guides Course Metodi ta' Talb
- 78