Spiritwalità & Ġustizzja
Il-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb
25 Mela jqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrbu, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?” 26 Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?” 27 U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” 28 “Sewwa weġibt,” qallu Ġesù, “agħmel hekk u tgħix.” 29 Iżda dak, biex juri li kellu raġun, qal lil Ġesù: “U l-proxxmu tiegħi min hu?” 30 U Ġesù raġa’ qabad jgħidlu: “Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm, u waqa’ f’idejn il-ħallelin; dawn neżżgħuh, biċċruh bis-swat u telqu, u ħallewh nofsu mejjet. 31 Nzerta kien nieżel qassis minn dik it-triq u rah, għadda minn mal-ġenb u baqa’ sejjer. 32 Hekk ukoll wieħed levita, meta wasal hemm u rah, għadda minn mal-ġenb u baqa’ sejjer. 33 Imma kien għaddej minn hemm wieħed Samaritan, wasal ħdejh, rah u tħassru. 34 Resaq lejh, dewwielu l-ġrieħi biż-żejt u l-inbid u rabathomlu, u mbagħad tellgħu fuq il-bhima tiegħu, wasslu f’lukanda u ħa ħsiebu. 35 L-għada ħareġ biċċtejn flus, tahom lil tal-lukanda u qallu, “Ħu ħsiebu; jekk tonfoq xi ħaġa iżjed, nroddhielek jien meta nerġa’ ngħaddi.’ 36 Minn dawn it-tlieta, int min jidhirlek li ġieb ruħu ta’ proxxmu ma’ dak li waqa’ f’idejn il-ħallelin?” 37 “Min ħenn għalih,” wieġbu dak. “Mur,” qallu Ġesù, “u agħmel hekk int ukoll.”
Il-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb
- Il-priorità tal-persuna fuq il-Liġi
- Fis-Saltna ta' Alla m'hemmx spazju għat-tribaliżmu
- L-importanza li nagħmlu lil xulxin proxxmi tal-fqir u l-batut
Il-Pedament tad-Duttrina Soċjali tal-Knisja
- L-Inkarnazzjoni
- L-idea ta’ Ġustizzja fl-Iskrittura
- Is-Saltna ta’ Alla mħabbra minn Ġesù

X’inhi Ġustizzja?
- Ġustizzja kommutattiva
- Ġustizzja distributiva
- Ġustizzja soċjali
Ġustizzja kommutattiva
- Ġustizzja = “Fairness”
- Ġustizzja = Ir-riżorsi jinqasmu b’mod ugwali
- Eżempju: Il-ħaddiem jieħu l-ħlas li jistħoqqlu tax-xogħol li jagħmel u min iħaddem jieħu l-valur tal-paga f'xogħol.
Ġustizzja distributiva
- Mhux kulħadd għandu l-istess bżonnijiet
- Ir-riżorsi għandhom jinqasmu skont il-bżonn tal-persuna
- Eżempju: Jekk qiegħed tqassam l-ikel, tifel ta’ tliet snin ma tagħtihx l-istess razzjon bħal żgħażugħ ta’ 19-il sena.

Ġustizzja soċjali
- Wieħed jara s-sitwazzjoni tal-fqar u l-batut
- Ma jiġġudikax is-suċċess ta’ soċjetà minn kemm hemm ġid fil-pajjiż, imma jfittex li jara li ma jkunx hemm minn hu fis-sakra u min mejjet għal qattra.
- Il-karità hi importanti imma mhix biżżejjed.
- Intenzjonalment jew le, jidħlu liġijiet u prattiċi li jiddiskriminaw kontra xi wħud.
- Eżempju: In-nuqqas ta’ aċċess għal min hu f'siġġu tar-roti.












X’nifhmu meta ngħidu “Spiritwalità”?
L-ispiritwalità nisranija:
- Parteċipazzjoni fil-ħajja trinitarja
- Dixxipulat wara Kristu
- Ħajja fl-Ispirtu
- Ħajja fil-Knisja
It-Tliet dimensjonijiet tal- iSpiritwalità
L-ispiritwalità nisranija:
- Personali
- Interpersonali
- Komunitarja/Soċjali
Spiritwalità Ekwilibrata
Mikea 6,8
Bniedem, huwa wriek x’inhu tajjeb
u x’jistenna minnek il-Mulej:
li tagħmel dak li hu ġust,
li tħobb u tkun ħanin,
u li tkun umli fl-imġiba tiegħek
ma’ Alla tiegħek.”
Tkun umli… ma’ Alla tiegħek
Id-dimensjoni personali tal-iSpiritwalità
Lk 18, 9-14

Tkun umli… ma’ Alla tiegħek
- L-ebda spiritwalità nisranija ma tista’ tagħmel sens mingħajr relazzjoni ma’ Alla. ⇒ Ħajja ta’ talb serja.
- Bħall-pubblikan tal-parabbola dan ifisser li nirrikonoxxu l-faqar spiritwali tagħna (Mt 5:3)
- Tinvolvi wkoll li jkollna fiduċja fiH
- Mhux biss li jagħtini dak li għandi bżonn
- Li tafdawh bħala Missierna
- Li nemmnu fil-Preżenza tiegħu fl-istorja umana
- U li jaħdem fid-dinja…
- anke meta jidher assenti
“X’nista’ nwieġeb jien li ma niswiex karfa? Ikolli nqiegħed idi fuq ħalqi! Darba tkellimt u ma nerġax; darbtejn, u ma nissuktax.” (Job 40:4-5) ⇒ Umiltà
Għandna bżonn konverżjoni reliġjuża
Tħobb u tkun ħanin
Id-dimensjoni interpersonali tal-iSpiritwalità

Le Sette Opere di Misericordia, Caravaggio
Tħobb u tkun ħanin
- L-ebda spiritwalità nisranija ma hi limitata għar-relazzjoni personali ma’ Alla. Il-Fidi mhix biss xi ħaġa intima bejni u bejn Alla.
- Alla stess hu ftuħ għall-oħrajn.
- Għalhekk għandna bżonn:
“…U t-tieni jixbhu: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.’”
(Mt 22:39)
Għandna bżonn konverżjoni morali
- Rispett profond
- Inpoġġu ’l ieħor fiċ-ċentru
- Element ta’ fiduċja fl-oħrajn. Eż. Sp. [22]
- Taċċetta l-vulnerabbiltà
- Kapaċità li tisma’
- Fedeltà
22. Attitudni meħtieġa
Sabiex min jagħti l-Eżerċizzi Spiritwali u min jagħmilhom ikunu ta’ għajnuna u profitt ikbar għal xulxin, jeħtieġ li jżommu quddiem għajnejhom li kull nisrani tajjeb għandu jkun iktar lest biex jinterpreta tajjeb xi ħaġa li jkun sema’ mingħand ieħor milli biex jikkundannaha. Jekk ma jistax jinterpretaha tajjeb, għandu jistaqsih ħa jara l-ieħor kif jifhimha. Jekk tassew jifhimha ħażin, jikkorreġih bl-imħabba. U jekk dan ma jkunx biżżejjed, għandu jfittex b’kull mezz xieraq li l-ieħor jifhimha tajjeb u ma jkunx żbaljat.
Tagħmel dak li hu ġust
Id-dimensjoni soċjali tal-iSpiritwalità
Tagħmel dak li hu ġust
- L-interazzjoni umana mhix kollezzjoni ta’ relazzjonijiet interpersonali.
- Il-ġustizzja għandha x’taqsam ma’ kif hi organizzata s-soċjetà. Mhux biżżejjed li wieħed iħallas it-taxxi, eċċ.
- Is-sinjuri kapaċi, jew għandhom il-mezzi biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom. Imma l-fqar għandhom bżonn min jipproteġihom mis-soċjetà u l-awtoritajiet.
- Il-ġustizzja tidħol:
- Fit-tqassim ġust tal-ġid materjali
- Fil-bilanċ fil-poter
- Id-drittijiet ta’ kulħadd
- Ir-responsabbiltajiet lejn dawk l-iktar vulnerabbli
Tagħmel dak li hu ġust
Mezzi
- Analiżi u studju serju tal-kawżi
- Impenn biex jitneħħew l-inġustizzji
- Akkumpanjament tal-persuni vulnerabbli
- Għażla preferenzjali għall-foqra
“Isimgħu, ħuti għeżież: mhux Alla kien li għażel lill-foqra għad-dinja biex jistagħnu fil-fidi u jsiru werrieta tas-Saltna li hu wiegħed lil dawk li jħobbuh? Imma intom lill-fqir inqastuh mill-ġieħ.” (Ġak 2:5-6)
Għandna bżonn konverżjoni politika
Prinċipji Ewlenin
-
Id-Dinjità tal-Persuna Umana
- Id-Drittijiet tal-Bniedem
- Ir-relazzjoni bejn il-Persuna u s-Soċjetà
- Il-Ġid Komuni
- Solidarjetà u Sussidjarjetà
Id-Dinjità tal-Persuna Umana
-
Il-bniedem mhuwiex:
-
Strument
-
Element fis-sistema
-
Magna
-
-
Kull persuna hi unika u sagra għax:
- Hu maħluq fuq Xbiha ta’ Alla
- Alla stess sar bniedem u hekk tagħna dinjità ġdida
- Ħadd m’għandu dritt fuq il-ħajja ta’ ħadd.
- Rispett profond
- L-isfida li nagħraf lill-ieħor bħala bniedem bħali
Id-Dinjità tal-Persuna Umana
Redemptor hominis #15
The development of technology and the development of contemporary civilization, which is marked by the ascendancy of technology, demand a proportional development of morals and ethics. For the present, this last development seems unfortunately to be always left behind. Accordingly, in spite of the marvel of this progress, in which it is difficult not to see also authentic signs of man's greatness, signs that in their creative seeds were revealed to us in the pages of the Book of Genesis, as early as where it describes man's creation, this progress cannot fail to give rise to disquiet on many counts. The first reason for disquiet concerns the essential and fundamental question: Does this progress, which has man for its author and promoter, make human life on earth “more human” in every aspect of that life? Does it make it more “worthy of man”? There can be no doubt that in various aspects it does. But the question keeps coming back with regard to what is most essential - whether in the context of this progress man, as man, is becoming truly better, that is to say more mature spiritually, more aware of the dignity of his humanity, more responsible, more open to others, especially the neediest and the weakest, and readier to give and to aid all.
Id-Dinjità tal-Persuna Umana
Dignitatis Humanae #1
This Vatican Council likewise professes its belief that it is upon the human conscience that these obligations fall and exert their binding force. The truth cannot impose itself except by virtue of its own truth, as it makes its entrance into the mind at once quietly and with power.
Religious freedom, in turn, which men demand as necessary to fulfill their duty to worship God, has to do with immunity from coercion in civil society.
Redemptor Hominis #11
However, we can and must immediately reach and display to the world our unity in proclaiming the mystery of Christ, in revealing the divine dimension and also the human dimension of the Redemption, and in struggling with unwearying perseverance for the dignity that each human being has reached and can continually reach in Christ, namely the dignity of both the grace of divine adoption and the inner truth of humanity, a truth which – if in the common awareness of the modern world it has been given such fundamental importance – for us is still clearer in the light of the reality that is Jesus Christ.
Id-Dinjità tal-Persuna Umana
Centesimus Annus #33
…They have no possibility of acquiring the basic knowledge which would enable them to express their creativity and develop their potential. They have no way of entering the network of knowledge and intercommunication which would enable them to see their qualities appreciated and utilized. Thus, if not actually exploited, they are to a great extent marginalized; economic development takes place over their heads…
Many other people, while not completely marginalized, live in situations in which the struggle for a bare minimum is uppermost. These are situations in which the rules of the earliest period of capitalism still flourish in conditions of “ruthlessness” in no way inferior to the darkest moments of the first phase of industrialization. In other cases the land is still the central element in the economic process, but those who cultivate it are excluded from ownership and are reduced to a state of quasi-servitude. […]
In fact, for the poor, to the lack of material goods has been added a lack of knowledge and training which prevents them from escaping their state of humiliating subjection.
Id-Dinjità tal-Persuna Umana
-
Il-bniedem mhuwiex:
-
Merkanzija
-
Riżorsa
-
-
Imma:
- Jagħmel parti minn komunità li tagħti sens għal ħajtu u li għaliha jikkontribwixxi
- Ħlejqa personali u soċjali.
- Ħafna Dimensjonijiet:
- Materjali u spiritwali; Personali u relazjonali
- Dimensjonijiet magħqudin f'realtà waħda
Konsegwenzi
- Meta d-dinjità tal-bniedem hi mgħedda?
- Xi ngħidu għal persuni b'diżabbiltà jew mard?
- Hemm persuni li aħna nsibuha diffiċli nirrikonoxxu l-umanità komuni tagħna fihom.
- Dan ifisser li mhumiex umani?
- Min se jiddeċiedi jekk il-ħajja ta’ persuna hix ta’ min jgħixha?
- Il-persuna differenti minna toffrilna sfida.
- Xi tfisser li tkun ġenitur, ġar, ħabib ta’ din il-persuna?
Tliet sfidi li nirċievu mingħand l-ieħor
1. Li nħarsu lejn il-persuna l-oħra kif inhi
- Ħafna drabi minflok, nipproġettaw ix-xewqat u l-biżgħat tagħna
↓
- Trasformazzjoni personali: L-uniċità tal-persuna l-oħra twessa fina l-idea ta’ persuna
2. Li nippromwovu jew li nirristawraw id-dinjità umana
- Għajnuna
- Nibnu relazzjoni mal-persuna
- Ir-rifjut li nkissru relazzjoni
- Ir-rifjut tal-manipulazzjoni
3. Nirrikonoxxu l-ieħor bħala uman daqsi
- u mhux oġġett li nista’ nixtri u nbigħ, nippossjedi u nuża.
Tliet sfidi…
∴ L-uman hu iktar importanti mill-flus (spejjes mediċi; kemm il-persuna tikkontribwixxi lill-ekonomija tal-pajjiż)
Liema hi l-quċċata tad-dinjità tal-Bniedem?
“Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.”
Ġw 15:13
Li wieħed jagħti ħajtu lill-oħrajn.
Id-Drittijiet tal-Bniedem
-
Kull individwu għandu l-istess dinjità
-
Indipendentement minn:
-
Ir-reliġjon li jħaddan
-
Is-sess
-
L-opinjoni politika tiegħu
-
Fejn twieled
-
-
Imma, xi wħud huma inqas minn oħrajn, le?
-
Il-kriminal
-
Min ma jaħdimx
-
il-musulman
-
il-barrani
-
-
LE! Imma ħafna drabi niċħdu lil xi wħud drittijiet bażiċi.
Id-Drittijiet tal-Bniedem
-
L-obbligu tar-rispett…
-
… u tas-solidarjetà


L-istorja tad-Drittijiet tal-Bniedem
-
Storja twila fejn il-Knisja kellha rwol importanti anke jekk mhux dejjem qatgħet figura tajba.
-
Diġà fi żminijiet bibbliċi insibu ’l San Pawl li, għalkemm ma jikkundannax l-iskjavitù, jissuġġerixxi lil Filemon li jilqa’ lil Oneżimu bħala ħuh. “Għandu mnejn li għalhekk hu telaq minn miegħek għal ftit, biex inti terġa’ tiksbu lura għal dejjem, mhux iktar bħala lsir, imma xi ħaġa iktar minn ilsir, bħala ħuk għażiż” (Film 1:15-16)
-
Id-dibattitu ta’ Valladolid (1557) dwar id-dinjità tal-inidiġeni amerikani.
-
Piu VI ikkundanna d-drittijiet tal-bniedem fost l-oħrajn għax ma kellux fiduċja li l-bniedem kapaċi juża l-libertà tiegħu mingħajr ma jgħedded ir-raġuni…
-
Id-dikjarazzjoni tad-drittijiet universali tal-bniedem (1948)
-
Ġwanni XXIII, Pacem in Terris §9
“Any well-regulated and productive association of men in society demands the acceptance of one fundamental principle: that each individual man is truly a person. His is a nature, that is, endowed with intelligence and free will. As such he has rights and duties, which together flow as a direct consequence from his nature. These rights and duties are universal and inviolable, and therefore altogether inalienable.”
Ir-relazzjoni bejn il-Persuna u s-Soċjetà
-
No man is an island
-
Is-soċjetà hi iktar minn kollezzjoni ta’ individwi
-
Bilanċ delikat bejn id-drittijiet tal-persuni u l-ordni u l-għaqda fis-soċjetà
-
∴Bżonn ta’ istituzzjonijiet intermedjarji: Unions, Partiti politiċi, assoċjazzjonijiet, eċċ
-
Istituzzjoni fundamentali: il-Familja
-
Drittijiet tal-bniedem U Dmirijiet
-
Dmirijiet lejn:
-
xulxin
-
il-familji
-
is-Soċjetà
-
Il-Ġid Komuni
-
Ġen 4:9 “Jaqaw jien għassies ta’ ħija?”
-
SRS #38
One would hope that also men and women without an explicit faith would be convinced that the obstacles to integral development are not only economic but rest on more profound attitudes which human beings can make into absolute values. Thus one would hope that all those who, to some degree or other, are responsible for ensuring a “more human life” for their fellow human beings, whether or not they are inspired by a religious faith, will become fully aware of the urgent need to change the spiritual attitudes which define each individual’s relationship with self, with neighbor, with even the remotest human communities, and with nature itself; and all of this in view of higher values such as the common good or, to quote the felicitous expression of the Encyclical Populorum Progressio, the full development “of the whole individual and of all people.”
Il-Ġid Komuni
- Kif jista’ jintlaħaq dan il-għan? Kif nistgħu naslu għal żvilupp sħiħ tal-individwu u tas-soċjetà?
- Billi jinqasmu r-riżorsi b’mod ugwali?
- Billi naħsbu mill-ġdid id-dritt tal-propjetà privata?
- B’xi forma ta’ kontroll fuq is-suq ħieles?
- Hemm bżonn li xi wħud jikkontribwixxu iktar lis-soċjetà minn oħrajn.
- Hemm bżonn ta’ liġijiet biex jirregolaw it-tassazzjoni, eċċ.
- Sar progress fuq dan il-għadd, imma l-kbar isibu modi kif iduru mal-liġijiet biex ma jħallsux taxxa. Apple iħallsu 0.1% taxxa, ir-rifuġji fiskali, eċċ
Solidarjetà u Sussidjarjetà
Żewġ għajnuniet biex wieħed jasal għal żvilupp ġust tas-soċjetà u ta’ kull membru tagħha.
Is-Solidarjetà
- Is-soċjetà għandha jkollha mekkaniżmi biex kull individwu jgħix b’mod dinjituż.
- Il-Benefiċċji Soċjali vs. il-liberaliżmu
Is-Sussidjarjetà
- F’soċjetà ġerarkika, deċiżjoni m’għandhiex tittieħed f’livell ogħla milli meħtieġ.
- Tagħti l-possibilità lis-soċjetà tiżviluppa mill-għeruq.
- Ma toqtolx l-inizzjattiva
- Ma tikkontrollax iż-żejjed il-movimenti tas-soċjetà
- Tirrispetta l-kulturi u t-tradizzjonijiet lokali
- ≠ deċentralizzazzjoni tal-poter.
- Eżempju: L-Unjoni Ewropea
- Mahatma Gandhi: “Il-kobor ta’ nazzjon jitkejjel minn kif tittratta l-aktar membri dgħajfa tagħha.”
Winston Churchill: “Il-grad ta’ ċivilizzazzjoni ta’ soċjetà jitkejjel minn kif tittratta lill-membri l-aktar dgħajfa tagħha.”
Fyodor Dostoyevsky: “Tista’ tiġġudika soċjetà skont kemm tittratta tajjeb lill-priġunieri tagħha”.
- Kuba: Solidarjetà Sussidjarjetà
- Brasil: Solidarjetà Sussidjarjetà
Dokumenti Ekklesjali
- Ljun XIII: Rerum Novarum (1891)
- Piju XI: Quadragesimo Anno (1931)
- Ġwanni XXIII:
- Mater et Magistra (1961)
- Pacem in Terris (1963)
- Konċilju Vatikan II:
- Gaudium et Spes (1965)
- Dignitatis humanae (1965)
- Pawlu VI:
- Populorum Progressio (1967)
- Medellin (1968)
- Octogesima Adveniens (1971)
- Ġwanni Pawlu II
- Laborem Exercens (1981)
- Sollicitudo Rei Socialis (1987)
- Centesimus Annus (1991)
- Benedittu XVI
- Caritas in Veritate (2009)
- Franġisku
- Evangelii Gaudium (2013)
- Laudato Si’ (2015)
- Fratelli Tutti (2020)
Għażla Preferenzjali għall-fqar
Għażla Preferenzjali għall-fqar
- L-idea oriġinat fit-tielet dinja
- ∴ Diffiċli biex aħna inħossuha u niggustawha f'qalbna
- Għaliex?
- Aħna qegħdin nibbenefikaw mill-inġustizzji fis-sistema
- Inħossuna skomdi u responsabli.
- Fit-tielet dinja il-fqar = nies komuni, mentri fl-ewwel dinja l-fqar huma ħafna inqas
- Diffikultà oħra hi li l-biċċa l-kbira tal-fqar tad-dinja jinsabu f'konteninenti oħra. Bogħod mill-għajn…
Knisja tal-fqar u għall-fqar
- Fl-Amerika Latina. Il-Knisja hi magħmula prinċipalment mill-fqar.
- ∴ Meta tieħu opzjoni għalihom:
- Sapport tal-maġġoranza
- Reżistenza minn ftit sinjuruni
- Fil-pajjiżi “żviluppati”:
- Il-maġġoranza tan-nies mhumiex fqar
- Meta tagħżel il-fqar mhux se jkollha sapport minn ħafna minħabba r-raġunijiet li semmejna.
- Opzjoni għall-fqar ≠ opzjoni għall-maġġoranza.
Kif nistgħu insiru iktar Knisja tal-fqar?
- Billi naddottaw il-mudell tal-Knisja fil-pajjiżi l-fqar?
- Differenzi kulturali
- Sitwazzjonijiet differenti jirrikjedu attitudnijiet differenti
- Billi ngħinu l-fqar mill-ġid li għandna?
- “Do-goodism” - karità rħisa
- Opzjoni għall-fqar hi waħda politika
Għażla Politika…
- Mhix biss kwistjoni dwar relazzjonijiet interpersonali
- Imma għadha x'taqsam ma’ nies konkreti
- Mhux dwar problemi u numri
- Persuni konkreti affettwati minn strutturi konkreti imma mhux daqshekk evidenti.
- L-għażla preferenzjali għall-foqra tindirizza l-inġustizzja strutturali.
…u personali
- L-istrutturi huma mmexxijja u mħaddma minn persuni bħali u bħalek. Għalhekk, ħadd ma jista’ jfarfar ir-responsabilità.
Min hu msejjaħ biex jagħmel din l-għażla?
- Kulħadd imsejjaħ biex jagħmel din il-għażla
-
Imma dak li tfisser hi differenti ħafna skont min int.
-
- → Konverżjoni
- Rikonoxximent tal-privileġġi inġusti li għandhom
- Jisimgħu l-karba tal-fqir
- N.B. Normalment ftit huma dawn il-konverżjonijiet
- Il-Mulej ma jġibx is-Saltna tiegħu fuq l-art permezz tagħhom.
- Huma wkoll imsejjħin għal konverżjoni. Imma waħda differenti minn dik tal-għonja
- Li jemmnu fihom infushom
- Li jemmnu f’Alla li jkun magħhom fil-proċess ta’ ħelsien
- Li jieħdu responsabiltà tal-ħajja tagħhom

Dawk li għandhom poter u flus
Il-fqar
Min hu msejjaħ biex jagħmel din l-għażla?
Min joffri servizzi
- Il-fqar għandhom bżonnhom
- Jistgħu jagħmlu ħafna anke jekk mhux faċli
- X'hemm bżonn?
-
1. Li nifhmu s-sistema bl-inġustizzji tagħha
- Min għandu l-poter?
- Kif jinżamm dan il-poter?
- X'jgħedded il-poter u x'isir biex dan jiġi kkontrollat?
- X’forzi jeżistu li jistgħu isaħħu jew idgħajfu l-inġustizzja?
- 2. Li nibdew ninħallu mis-sistema
- Diffikultà enormi għax
- hemm inerzja
- kollox marbut flimkien
- L-inbid il-qadim itjeb
- Kompromessi
- Lincoln
- Suġġerimenti
- Fittex bidliet fl-attività prinċipali tiegħek (xogħol, eċċ)
- Mhux hobby
- Ipprova żomm, kemm jista’ jkun, l-integrità personali tiegħek
- Ipprova ibni strutturi alternattivi
- Idħol f’relazzjoni mal-fqar
- Fittex bidliet fl-attività prinċipali tiegħek (xogħol, eċċ)
Min hu msejjaħ biex jagħmel din l-għażla?
Mosè
- Irrelizza l-privileġġi tiegħu
- reazzjoni violenti
- Ipprova soluzzjoni ta' malajr
- ħaseb li se jsib appoġġ mil-Lhud…
- Induna li l-Lhud ma jafdawhx
- Snin wara uża l-għarfien tiegħu u ħadem billi għamel pressjoni fuq l-Eġizzjani sakemm ċedew
- Il-ħelsien mhux garantit!
- 40 sena fid-deżert

Spiritwalità u Ġustizzja
By Christopher Vella
Spiritwalità u Ġustizzja
- 112